Il-President tar-Russja Vladimir Putin iffirma l-aħħar dokumenti biex l-erba’ reġjuni Ukreni: Luhansk, Donetsk, Zaporizhzhia u Kherson isiru parti mit-territorju Russu; dan l-iffirmar sar waqt li l-forzi Ukreni avvanzaw aktar u fil-fatt l-Ukrajna lbieraħ qalet li reġgħet kisbet xi rħula fir-reġjuni ta’ Luhansk u Kherson.
Il-President Russu ffirma wkoll digriet biex jifformalizza sekwestru mir-Russja tal-impjant tal-enerġija nukleari f’ Zaporizhzhia.
Minkejja li r-Russja qed tikkonsidra dawn ir-reġjuni bħala parti minnha, il-forzi Ukreni ma waqfux jiġġieldu biex it-teritorji jirbħuhom lura.