Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu jrid li tintemm il-gwerra fl-Ukrajna u biex dan iseħħ jinvolvi soluzzjoni diplomatika.
Putin qal hekk ġurnata wara li l-President Ukren Volodymr Zelensky żar l-Amerka. Hawnhekk il-President Amerikan Joe Biden wiegħed li l-Istati Uniti se tkompli tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-Ukrajna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-President Russu qal li r-Russja se tagħmel ħilietha sabiex il-gwerra tintemm u aktar kemm ikun kmieni aktar aħjar.