Ir-Russja m’għandha l-ebda interess li tinvadi lill-Polonja jew lil Latvja.
Dan intqal mill-President Russu Vladimir Putin, f’intervista mill-Kremlin mal-ġurnalist Amerikan Tucker Carlson.
Il-President Russu ġie mistoqsi jekk jibgħatx truppi Russi lejn il-Polonja jew pajjiż ieħor tan-NATO, fejn qal li jattakka jekk jattakkawh huma.
Din kienet l-ewwel intervista li għamel Putin ma’ ġurnalist Amerikan mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, kważi sentejn ilu.
F’din l-intervista ta’ sagħtejn, il-President Russu sostna li l-mexxejja tal-Punent huma konxji li hu impossibli li joħorġu bi strateġija biex jirbħu lir-Russja.