Il-President Russu Vladimir Putin qal li vaċċin żviluppat lokalment għall-COVID-19, ġie approvat biex jintuża, f’inqas minn xahrejn ta’ ttestjar fuq il-bniedem.
Putin qal li l-vaċċin għadda mill-għarbiel meħtieġ, u żied li anki bintu stess ħadet il-vaċċin.
Uffiċjali fil-pajjiż qalu li qed jippjanaw li jibdew jagħtu l-vaċċin lin-nies f’Ottubru.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li tinsab f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet Russi biex issir analiżi bir-reqqa tal-vaċċin.