Il-President Russu Vladimir Putin qal lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel li kellu biss taħdidiet diretti mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky jekk id-diskussjonijiet jipproduċu riżultati konkreti.
Putin qal li l-Ukrajna mhix lesta li tfittex soluzzjonijiet konkreti, fil-fatt, tenna li l-Ukrajna qed tkun inkonsistenti fin-negozjati.
Aktar kmieni din il-ġimgħa kelliem għall-Gvern Russu qal li r-Russja tat dokumenti ewlenin lilll-Ukrajna biex tmexxi ’l quddiem in-negozzjar għall-paċi.
Zelensky mera din id-dikjarazzjoni u qal li l-Ukrajna ma rċeviet xejn mir-Russja.