Il-President Russu Vladimir Putin wissa lill-President Amerikan Joe Biden, illi jekk jimponi sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja minħabba l-Ukrajna, dan se jwassal għal falliment sħiħ fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
Putin tenna dan waqt telefonata li kellu ilbieraħ filgħaxija ma’ Biden, fejn wissa wkoll li sanzjonijiet bħal dawn ikunu żball kolossali.
Fi tweġiba tiegħu, Biden qal li l-Amerika flimkien mal-alleati tagħha se jkunu qed iwieġbu għal kull mossa invażiva li tagħmel ir-Russja fl-Ukrajna.
Din it-telefonata, li ntalbet li ssir mir-Russja, hija t-tieni waħda li saret dan ix-xahar bejn iż-żewġ mexxejja. Putin u Biden damu jiddiskutu għal madwar siegħa.