Is-Sibt, il-President tar-Russja Vladimir Putin nieda eżerċizzjzi mill-forzi strateġiċi tal-missili nukleari, filwaqt li l-Amerika qalet li t-truppi Russi li hemm mal-fruntiera mal-Ukrajna jinsabu lesti biex jattakkaw.
Numru ta’ pajjżi tal-Punent qed juru tħassib li dan jista’ jkun wieħed mill-agħar kunflitti mill-Gwerra Bierda ’l hawn.
Aktar kmieni llum, mexxejja separatisti appoġġjati mir-Russja fil-Lvant tal-Ukrajna, iddikjaraw li mexxew il-militar tagħhom, jum wara li ordnaw lin-nisa u tfal biex jevakwaw lejn ir-Russja.