Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-President Russu Vladimir Putin assigurah li l-forzi Russi mhux se jkunu qed iżidu mat-tensjoni li diġà hemm fil-fruntiera mal-Ukrajna.
Huwa tenna dan qabel ma ltaqa’ mal-President Ukren Volodymyr Zelensky.
Macron qal li dan iffisser assigurazzjoni li l-kriżi fl-Ukrajna mhux se tkun qed teskala.
Madanakollu, Zelensky qal li hu xettiku dwar dak li qal Putin dwar l-eskalazzjoni tal-kriżi. Il-President Ukren tenna li Putin għandu jkun trasparenti billi jieħu passi konkreti.
Fil-fatt, ir-Russja ċaħdet kemm-il darba li mhux se tkun qed tinvadi l-Ukrajna, minkejja li għandha mal-100,000 truppi fil-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.