Il-Ministru tad-Difiża Ingliż qal li l-President Russu, Vladimir Putin m’għadux il-forza li kien u issa huwa raġel f’gaġġa li bena hu stess.
Il-President Russu hedded li se jwaqqaf il-provvista tal-gass lil ċertu pajjiżi, wara li Gvernatur Russu akkuża ħelikopters Ukreni b’attakk fuq maħżen taż-żejt fil-belt ta’ Belgorod.
Il-President Amerikan Joe Biden ħabbar ir-rilaxx ta’ xejn inqas minn mija u tmenin miljun barmil żejt mill-Istati Uniti.
Sadanittant, il-Gvern Ukren qed jibgħat għexieren ta’ vetturi b’għajnuna umanitarja lejn il-belt ta’ Mariupol f’aktar sforzi biex jiġu evakwati n-nies u oħrajn fil-bżonn jiġu mgħejjuna.