Il-President Amerikan Joe Biden qal li l-President Russu Vladimir Putin għandu jinżamm responsabbli għall-mewt ta’ Alexei Navalny.
Waqt li kien qed jindirizza lill-midja fil-White House, ftit sigħat wara li tħabbret il-mewt ta’ Navalny f’ħabs fir-Russja, Joe Biden sostna li ħadd ma jaf x’wassal għall-mewt tal-kritiku tal-President Russu. Iżda saħaq li dan ġara minħabba dak li għamlu Putin u niesu.
F’Ġunju ta’ tliet snin ilu, f’laqgħa li kellu mal-President Russu f’Geneva, Joe Biden kien wissa li jekk imut Navalny kien se jkun hemm il-konsegwenzi fuq l-awtoritajiet Russi.
Il-President Amerikan qal ukoll li qed jaħsibha biex jieħu passi kontra l-Kremlin wara din l-aħbar.
Joe Biden sostna li hu rrabjat b’din l-aħbar, iżda mhux sorpriż.
AQRA AKTAR: