Vladimir Putin sejjaħ għal dikjarazzjoni politika fis-Sirja. Dan waqt żjara rari u mhux uffiċjali lir-Russja mill-President Sirjan, Bashar al-Assad.
Il-mexxej Russu saħaq fuq il-ħtieġa li tintlaħaq soluzzjoni għall-kunflitt ċivili fis-Sirja. Il-laqgħa saret sentejn wara li r-Russja bdiet kampanja military fis-Sirja b’appoġġ għall-forzi ta’ Assad. Iż-żewġ mexxejja ltaqgħu l-aħħar fl-elfejn u ħmistax, ftit wara l-intervent Russu. Putin qal li huwa għandu l-intenzjoni li jitkellem mal-President tal-istati Uniti, Donald Trump u l-Emir tal-Qatar dwar ir-riżoluzzjoni għall-kunflitt.