Mix-xena nternazzjonali se nsegwu l-andament tal-elezzjonijiet Presidenzjali fir-Russja hekk kif illum il-Poplu Russu ħareġ jivvota fl-elezzjoni sabiex jeleġġi president ġdid. Bl-aktar kandidat favorit ikun il-President attwali Vladimir Putin li mistenni jikseb sebgħin fil-mija tal-voti.
Se naraw ukoll kif San Patrizju ġie ċċelebrat b’ mod differenti madwar id-dinja.
Il-President Russu Vladimir Putin mistenni jerġa jiġi elett President tar-Russja għar-raba darba.
Dan hekk kif matul il-jum tal-Ħadd għaddejjin l-elezzjonijiet Presidenzjali fir-Russja.
Il-votazzjoni fetħet fit-tmienja ta’ filgħaxija tas-Sibt u se tibqà għaddejja sal-Ħadd filgħaxija.
Putin ilhu fit-tmun tar-Russja sa’ mill-elf disa mija disa u disgħin l-ewwel bħala Prim Ministru imbagħad bħala President.
Miegħu qed jikkontestaw l-elezzjoni Presidenzjali seba’ kandidati oħra fosthom komunist miljunarju Pavel Grudinin, eks preżentatriċi fuq it-televiżjoni Ksenia Sobchak u nazzjonalist veteran Vladimir Zhirinovsky.
Intant l-Kap tal-Opozizzjoni tar-Russja Alexei Navalny ma’ tħalliex jieħu sehem f’ din l-elezzjoni minħabba allegat kaz ta’ frodi.
L-indikazzjonijiet juru li Putin mistenni jirbaħ b’ sebgħin fil-mija u jekk kemm il darba din is-seħħ ser ikun l-aktar President Russu li dam fil-kariga.