Il-gwerra fl-Ukrajna ssoktat b’diversi bliet baqgħu jigu bbumbardjati minn missili hekk kif Konvoj twil Russu qed jimxi bil-mod lejn il-kapitali Kyiv.
Aktar minn miljun Ukren ħarbu lejn pajjiżi ġirien.
Il-President Vladimir Putin wissa lil dawk ir-Russi li qed jopponu l-azzjonijiet tiegħu fl-Ukrajna, ma jiggravawx is-sitwazzjoni.
Il-President Russu tkellem waqt laqgħa tal-Gvern imxandra fuq l-istazzjon tal-aħbarijiet ikkontrollat mill-istat.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li matul il-lejl li għadda setgħet tieqaf teżisti l-Ewropa.
Huwa akkuża lir-Russi li kienu jafu x’qed jattakkaw u li mmiraw direttament fuq l-impjant nukleari.
Zelensky staqsa lir-Russi kif setgħu jagħmlu dan meta jiftakru f’dak li ġara fl-1986, fid-diżastru ta’ Chernobyl.
Huwa appella liċ-ċittadini Russi biex dan iwaqqaf l-gwerra.