Il-President Russu Vladimir Putin wissa lill-pajjiżi tal-Punent biex ma jaqbżux il-linja ma’ pajjiżu, fl-aħħar indirizz li għamel lin-nazzjon.
Qed ikun irrapportat li Putin qal dan fid-dawl tat-tensjoni bejn ir-Russja u l-Punent dwar iż-żamma f’ħabs tal-mexxej tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny.
Putin irrefera wkoll għas-sanzjonijet inġusti kontra pajjiżu, li fi kliemu waslu għal attentat perikoluż ta’ kolp ta’ stat fil-Belarus. Hawnhekk fisser l-appoġġ tiegħu lejn il-President Alexander Lukashenko.