Fl-Għid il-Kbir, Malta u Għawdex kienu mżejna b’purċissjonijiet u ċelebrazzjonijiet biex jimmarkaw dan il-jum tant importanti fil-kalendarju Kattoliku.
Ftit tal-ħin ilu, armata u lesta, l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt tal-każin tas-Soċjetà Mużikali San Girgor f’Tas-Sliema, terrqet madwar it-toroq ewlenin Slimiżi biex filwaqt li tiċċelebra l-Għid il-Kbir, jiġi mfakkar anniversarju sinifikanti wkoll għal din is-soċjetà mużikali.
Is-Soċjetà Mużikali qiegħda tikkommemora 25 sena minn meta bdiet tiċċelebra l-festa ta’ Kristu Rxoxt permezz ta’ statwa li akkwistat din l-istess soċjetà u li llum niżlet fit-toroq biex tferraħ u tpaxxi l-għajn ta’ dawk preżenti.
Wara nuqqas ta’ sentejn sħaħ, kienu bosta li ħarġu bi ħġarhom u mlew it-toroq biex jiċċelebraw il-qofol ta’ din l-akbar festa Kattolika.