In-nutar Ian Castaldi Paris spjega inċident li ġralu llum il-Belt Valletta, fejn l-eks Ministru Austin Gatt u Ernest Tonna għajruh “purċinell”.
Dan huwa l-istess Ernest Tonna li huwa wieħed minn ta’ ġewwa fid-Dar Ċentrali, magħruf l-iktar għall-appoġġ lil eks Ministru Austin Gatt, u li daħħal iktar minn €217,000 bħala ‘authorized officer’ ta’ Kunsilli Lokali. Dan fl-istess żmien li gawda wkoll minn ħatriet fil-Malta Freeport Corporation, li tagħha kien responsabbli l-istess Austin Gatt. Dan minbarra l-famuż garaxx li ħa bi pjaċir bil-firma ta’ Jason Azzopardi.