Pupa f’forma ta’ tifla li tintuża għal skopijiet sesswali hija meqjusa bħala oxxena. Dan ħareġ minn sentenza li ngħatat minn Imħallef fl-Ingilterra. Din il-pupa kienet ġiet importata minn gvernatur ta’ skola primarja. L-avukati tal-gvernatur Turner saħqu li ma kien hemm l-ebda liġi li tirregola l-importazzjoni ta’ din il-pupa bħala waħda oxxena u offensiva.
Iżda minn naħa tiegħu l-Imħallef sostna li persuna ta’ rasa fuq għonqa tara din l-pupa bħala xi ħaġa immorali. Instab ukoll li l-Gvernatur David Turner ta’ 72 sena kellu aktar minn 34,000 ritratt ta’ minorenni b’ mod indiċenti.
Dwar il-fatt li ma kien hemm l-ebda liġi li tirregola dan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Kriminalità sostniet li din is-sentenza hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha. Huwa mifhum li meta Turner inqabad li kien qed jipprova jimporta din il-pupa lejn iċ-Ċina r-risposta tiegħu kienet li din il-pupa sservi bħala ħabiba għalih u għal martu.
L-investigaturi qalu li fil-proprjetà kienu ga nstabu żewġ pupi, liema waħda minnhom sostnew li kellu x’ jaqsam magħha b’ mod sesswali.
Turner mistenni jingħata s-sentenza uffiċjali nhar it-8 ta’ Settembru li ġej.