F’Jum il-Liberazzjoni, ċċelebrat fil-Korea ta’ Fuq, il-President Russu Vladimir Putin tkellem dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ stati fl-interess tagħhom it-tnejn.
L-ittra ġabet ir-reazzjoni ta’ Jong-un li wieġeb billi stqarr kif il-ħbiberija bejn in-nazzjonijiet kienet issawwret fit-Tieni Gwerra Dinjija bir-rebħ tal-Ġappun, filwaqt li qal kif din il-ħbiberija se tkompli tikber.
Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq ddeskriva din ir-relazzjoni bħala waħda strateġika li toffri koperazzjoni, sapport u solidarjetà kontra front wieħed ta’ ostilità b’forzi militari li jheddu u jipprovokaw.
Minkejja li ma semmiex min huma dawn il-forzi li kien qed jirreferi għalihom, Jong-un ta’ spiss rrefera għall-Istati Uniti u l-alleati tagħhom b’dan il-mod.