Naxxar Lions u Żabbar St Patrick temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, bin-Naxxarin jilagħbu għal kważi 70 minuta sħiħa bi player inqas wara li tkeċċa l-Ġappuniż Ito Yasukaze fil-21 minuta, b’din tkun it-tieni tkeċċija tiegħu f’temp ta’ ftit ġimgħat.
Naxxar fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta EDWARD ORLANDO BOLANOS kien fil-post it-tajjeb fil-mumnet opportun u b’xamma kbira għall-goal tefa’ gewwa. Fil-21 minuta huma qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta il-player Ito Yasukaze wara li waqqa’ lil Kristian Keqi fil-kaxxa u kawża t’hekk ukoll ir-referee Matthew De Gabriele ordna penalty. Mill-11-il metru inkariga ruħu Brian Ariel Gambarte li iżda ra lill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Naxxar Matthaias Debono isalva bi bravura.
Fis-36 minuta Keqi għal Zabbar kellu xutt tajjeb li ntemm ftit barra. Huma komplew fuq l-offensiva u minuta biss wara Tavares daħal tajjeb fil-kaxxa iżda Debono interċetta tajjeb b’difensur ta’ Naxxar jikklerja l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu. Minuta wara reġa’ kien Gambarte li ħoloq il-periklu iżda x-xutt tiegħu ntemm ftit barra. Dan sabiex fid-39 minuta minuta l-istess Gambarte mill-viċin tilef ċans tad-deheb li jġib l-iskor indas għal Zabbar li iżda għaġġel fil-konklużjoni u l-goalkeeper Debono salva tajjeb.
Fil-45 minuta reġgħu kienu Zabbar li ħolqu l-periklu meta Keqi għola tajjeb u kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jintemm barra.
Fit-52 minuta kienu Naxxar li ħolqu l-periklu meta Bolanos kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvatatatjjeb mill-goalkeper żagħżugħ ta’ Zabbar, Luca Camilleri. Zabbar wieġbu ħames minuti wara meta Gambarte daħal tajjeb fil-kaxxa, għadda lejn Stefan Ilic li pprova jikkonkludi iżda l-ballun ħabat ma’ difensur ta’ Naxxar u mar barra.
Huma komplew jippressaw u mas-siegħa logħob Keqi ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distana li iżda ntemm għoli. Fit-72 minuta Zabbar ġabu l-iskor indaqs meta l-Player tal-Logħba STRAHINJA JOVANCIC għola fuq kulħadd u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa. Minuta minn tmiem id-90 minuta, Zabbar kienu sfortunati ferm li ma skorjawx il-goal tar-rebħa meta Gambarte kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali li stampa mal-wieqfa.
Referee: Matthew Degabrielle
Plejer tal-Logħba: Strahinja Jovancic (Zabbar SP)