Il-pumpiera ilhom ġranet sħaħ iħabbtu wiċċhom ma’ nirien ġodda hekk kif il-Punent tal-Ewropa qed jinħakem minn mewġa ta’ sħana qawwija.
Ir-Renju Unit li huwa magħruf għal klima aktar moderata, issa qed jara temperaturi ta’ ‘l fuq minn 40 grad celcius. Il-Ġermanja esperjenzat l-iktar ġurnata sħuna għal din is-sena u fil-Portugall qed jiżdiedu n-numru ta’ mwiet wara s-sħana qawwija li ħakmet il-pajjiż.
Pumpier fil-Lvant tal-Londra li kien qiegħed jgħin lir-residenti jiġu evakwati minn nirien li ħakmu lil tmien djar u knisja iddeskriva dan kollu bħala infern assolut.
L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija wissiet li l-għar għadu ġej hekk kif dan il-mewġ ta’ sħana qed isir aktar frekwenti u jiħu fit-tul minħabba t-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem.