L-għaqda studenteska Pulse laqgħat bi pjaċir id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla dwar l-Università Amerikana f’Malta. Wara xhur ta’ due diligence, ingħatat liċenżja biex tibda topera minn pajjiżna bħala Università.
Pulse innota li dan kollu jġib fix-xejn stqarrija li kien għamel il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), li malajr kien iddikjara li l-Università Amerika mhix Università, għalkemm il-proċess ta’ akkreditazzjoni kien għadu għaddej.
![](https://scontent-amt2-1.xx.fbcdn.net/v/t1.0-9/13620053_1207026825996952_5115477169306437435_n.png?oh=a5c9be7fc8a35c5ae18606eaf7dd124b&oe=58320274)
KSU – KUNSILL STUDENTI UNIVERSITARJI· 18 TA’ DIĊEMBRU, 2015
Pulse innotaw li dak li ħa 14-il xahar biex jiġi determinat minn professjonisti kien deċiż f’temp ta’ sigħat mill waħda mill-eqdem kunsilli tal-istudenti madwar l-Ewropa. Pulse kienu rrifjutaw li jikkummentaw, tant li fi stqarrija fl-istess jum li ħarġet dik tal-KSU, kienu qalu li huma konxji li l-proċess ta’ akkreditazzjoni għadu għaddej u ma setgħux jikkommettu rwieħhom jgħidu jekk l-Università Amerikana hix Universita jew Istitut tal-Edukazzji Ogħla.
Pulse stiednu lill-għaqdiet studenteski ma joqogħdux lura milli jirreaġixxu b’ideat u opinjonijiet li jemmnu li huma tajba skont iċ-ċirkostanzi, anke jekk dan ifisser li jkunu uniċi fil-ħsieb tagħhom.
![](https://scontent-amt2-1.xx.fbcdn.net/v/t1.0-9/13590523_1207027595996875_1115714035439418448_n.png?oh=1afcaa4741a18d16f28552435c4fdc47&oe=57F9B854)
Impressjoni artistika tal-Università Amerikana f’Malta