L-għaqda studenteska Pulse laqgħet it-tnedija tas-sitt xhur gym b’xejn għal madwar 12,000 żagħżugħ u żagħżugħa, li twieldu bejn l-2005 u l-2007.
Fi stqarrija, l-għaqda studenteska Pulse sostniet li l-fatt li din l-inizjattiva tagħti l-flessibilità liż-żgħażagħ jagħżlu kwalunkwe gym li jixtiequ, jagħmel din il-miżura iktar inklussiva.
Intqal li din l-iskema tmur lil hinn mill-attività fiżika imma tgħin liż-żgħażagħ b’għodod essenzjali biex iħossuhom aħjar, ikunu aktar b’saħħithom, u aktar fil-kontroll tal-benesseri tagħhom.
Huma tennew li din l-inizjattiva hija pass sinifikanti u f’waqtu fid-direzzjoni t-tajba.