Fid-dawl li bħalissa għaddej l-istrajk tal-MUT, l-għaqda studenteska Pulse kkundannat l-fatt li ċertu edukaturi ħassru wkoll ċertu lezzjonijiet li kienu se jsiru b’mod virtwali.
Pulse saħqet li jekk isiru lezzjonijiet b’mod virtwali, l-għalliema u l-edukaturi ma jkunu bl-ebda mod qed ipoġġu saħħithom fil-periklu.
Din l-għaqda studenteska sostniet li f’perjodu fejn l-eżamijiet jinsabu wara l-kantuniera, l-istudenti m’għandhomx isofru l-konsegwenzi huma ta’ dawn l-azzjonijiet industrijali.
Dan anke għaliex is-sena l-oħra, tilfu ħafna lezzjonijiet minħabba l-pandemija.
Fl-istess waqt, Pulse rringrazzjat lil dawk l-edukaturi li marru lura għax xogħol għaliex l-edukazzjoni tal-istudenti tagħhom hija l-prijorità ewlenija tagħhom.
Fl-aħħar nett Pulse, esprimiet ix-xewqa li jintlaħaq qbil malajr kemm jista’ jkun.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/01/07/numru-ta-edukaturi-ma-jobdux-l-istrajk-l-mut-trid-analizi-mill-awtoritajiet-tas-sahha/