L-għaqda studenteska Pulse nediet il-kampanja bit-tema “Together For More” li ser twassal għall-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College.
Permezz ta’ din il-kampanja, Pulse qiegħda twassal messaġġ ta’ għaqda filwaqt li tkompli tressaq il-ħidma tal-KSJC eqreb lejn l-istudent.
Għall-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College, Pulse qed tippreżenta tmien kandidati.
Jekk jiġi elett, it-tim ser ikun immexxi minn Jade Muscat, li ser tkun qiegħda tikkontesta l-elezzjoni fil-kariga ta’ President, b’ Sarah Cachia, Jake Spiteri Montebello, Jake Muscat, Kylie Bonnici, Yan Trovato, Faith Casha u Kieran Muscat jaħdmu fil-qrib tagħha.
Fil-Junior College, l-għaqda Pulse qed taħdem biex tirbaħ din l-elezzjoni għas-sitt sena konsekuttiva, wara sensiela ta’ rebħiet mill-2016 sa 2020, bl-aħħar waħda tkun waħda mill-ikbar rebħiet li qatt rat elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College, dik ta ftit aktar minn 400 vot.