L-għaqda studenteska Pulse nediet kampanja bit-tema “More to Achieve”, li se twassal għall-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College.
Għal din l-elezzjoni, Pulse qed tippreżenta tmien kandidati.
Jekk jiġi elett, it-tim se jkun immexxi minn Jake Muscat, li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni għall-kariga ta’ President, b’Sarah Cachia, Jamie Galea, Jaelle Abela, Kyle Cachia, Maria Kate Abdilla, Aidan Falzon, u Michela Mormina jaħdmu fil-qrib tiegħu.
Fil-Junior College, l-għaqda Pulse qed taħdem biex tirbaħ din l-elezzjoni għas-seba’ sena konsekuttiva, wara sensiela ta’ rebħiet, bl-aħħar waħda tkun waħda mill-ikbar rebħiet li qatt rat elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College, dik ta ftit aktar minn 500 vot.