Pulse, waħda mill-organizzazzjonijiet studenteski ewlenin f’pajjiżna, ħabbret il-kandidati tagħha għall-elezzjonijiet tal-Kunsill tal-iStudenti fil-Junior College (KSJC) bil-kampanja “Live the Dream.” B’nunru ta’ snin ta’ suċċess, Pulse qed tispira għall-rebħa oħra, għad-disa’ sena konsekuttiva.
Il-kandidati għal din is-sena huma Kaiden Borg, Keira Bonello, Christian Baldwin, Amy Rodgers, Racald Azzopardi, Martina Schembri, Aidan Zerafa Saydon, u Shaun Borg. Fit-tnedija, l-kandidati spjegaw kif flimkien, huma se jaħdmu biex joħolqu skola aktar inklussiva fost oħrajn.
Il-President tal-Pulse, Karl Schembri, qal li l-kandidati jġorru viżjoni ċara biex ikomplu jservu l-komunità tal-Junior College u joffru ambjent aktar pożittiv u inklussiv.