Tul il-jum tal-bieraħ saret l-elezzjoni għall-Kunsill Studenti Junior College (KSJC). Din saret bis-sistema ta’ first past the post, fejn żewġ kandidati jikkompetu għal kull kariga.
L-għaqda Pulse rebħet il-Kunsill kollu, jiġifieri s-seba uffiċjali se jkunu kollha tagħha. Owen Michael Grech se jkun il-president il-ġdid tal-Kunsill, filwaqt li Gabriel Mallia se jkun Segretarju Ġenerali.
B’hekk Pulse tidħol għat-tmexxija wara nuqqas ta’ numru ta’ snin. Mhux ta’ b’xejn l-entużjażmu kbir matul il-lejl, barra l-bini tal-Junior College, fejn għal darb’oħra wieħed seta’ japprezza l-attiviżmu qawwi fost iż-żgħażagħ.