L-għaqda studenteska Pulse rebħet l-elezzjonijiet għall-Kunsill Studenti Junior College, għas-sitt sena konsekuttiva bl-akbar distakk fl-istorja ta’ dawn l-elezzjonijiet.
Dan wara li l-ġurnata tal-Ġimgħa kienet mimlija attività hekk kif saret l-elezzjoni ġewwa l-istess kulleġġ.
It-tema rebbieħa kienet dik ta’ Together for More, li wasslet messaġġ ta’ għaqda fejn il-Kunsill mtella’ jkun eqreb lejn l-istudent.
B’dan ir-riżultat it-tim ser ikun immexxi minn Jade Muscat, b’Kieran Muscat jakkumpanjha fil-kariga ta’ Viċi-President.
Il-KSJC se jara s-sehem ta’ Yan Trovato, Faith Casha, Kylie Bonnici, Jake Muscat, Sarah Cachia u Jake Spiteri Montebello.
Dan ir-riżultat li kiser rekord ġewwa l-Junior College ra distakk kbir ta’ 500 vot, bl-għaqda DemoKristjana, l-SDM ma teleġġi l-ebda kandidat.
Dan huwa rekord ieħor li nkiser hekk kif qabeż l-akbar distakk, irreġistrat is-sena li għaddiet ta’ 400 vot.
Intant il-Prim Ministru Robert Abela awgura lill-Pulse għal dan is-suċċess, filwaqt li radd ħajr lill-istudenti kollha li kkontestaw din l-elezzjoni.
Huwa saħaq li l-attiviżmu studentesk huwa importanti s-sehem ta’ kull min jaħdem għall-kawża li jemmen fiha.