L-Għaqda Studenteska Pulse, għat-tmien sena konsekuttiva, reġgħet ġiet eletta b’maġġoranza, fil-Kunsill Studenti Junior College, b’maġġoranza ta’ aktar minn erba’ mija u ħamsin vot.
Dan wara kampanja, qalb l-istudenti, bit-tema ‘Together ahead’.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tim tal-kandidati se jkun immexxi minn Aidan Falzon, li ġie elett fil-kariga ta’ President.
Miegħu eletti fil-Kunsill hemm, Luca Cassar, Dale Vella, Mariah Galea, Marcella Scicluna, Matthew Camilleri, Jaiden Deflavia u Ileana Cutajar.