Il-Pulizija Emerson Borg, PC 1469, li għad għandu 23 sena, sofra qatgħa kbira waqt li kien xogħol fl-Aġenzija Appoġġ.
L-ispettur Sandro Camilleri stqarr magħna li mara li xi ġimgħat ilu ħadulha lit-tifel b’care order marret ilbieraħ fl-uffiċji tal-Appoġġ, u b’sens kbir ta’ aġitazzjoni talbet li tara t-tifel. Hija bdiet tgħajjat, tgħedded u tidgħi.
Kellhom jintervjenu l-Pulizija li kien hemm l-Appoġġ stess, li jkunu lesti għal dawn it-tip ta’ każijiet. Iżda l-mara saret iktar agressiva tant li l-Pulizija talbu assistenza mill-għassa. Din ma setgħatx tikkalma, u kif ġew biex jarrestawha, bdiet tagħti kemm tiflaħ bil-ponn u biss sieq, intefgħat fl-art u gidmet lil dan il-kuntistabbli fil-pexxul. Il-mara ġiet arrestata u se tittessaq b’arrest il-Qorti.
Il-pulizija ittieħed għall-kura u bdewlu minnufih t-testijiet minħabba l-mard, għaliex hemm biża’ li l-mara marida bil-Hepatite C. L-Ispettur Camilleri qal li dawn it-testijiet idumu biex joħorġu, u jrid jibqa’ qalbu mqatta’ sadanittant.