Kuntistabbli tal-Pulizija ta’ 25 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara waqt li kien qed isuq il-mutur tas-servizz.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmiena u nofs ta’ dalgħodu fi Triq il-Wied, meta l-Pulizija kellu impatt ma’ vettura ta’ l-għamla Vitz misjuqa minn mara ta’ 32 sena.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-kuntsitabbli l-Isptar Materi Dei għal aktar kura.