Raġel li qal li huwa tal-Istat Iżlamiku ta daqqiet ta’ sikkina b’konsegwenza li qatel Pulizija Franċiż u familtu lbieraħ filgħaxija. Ftit wara r-raġel inqatel f’operazzjoni mill-awtoritajiet Franċiżi.
Aġenzija tal-aħbarijet tal-Istat Iżlamiku qalet li l-qattiel huwa ġellied tal-istess stat. Dan jiem biss wara li stqarrija simili segwiet il-massakru f’diskoteka għal persuni omosesswali fi Florida.
Il-Pulizija u martu, li hija wkoll uffiċjal tal-Pulizija, inqatlu f’darhom fis-subborg Magnaville f’Pariġi. Magħhom kien hemm binhom ta’ tliet snin. S’issa qed jiġu identifikati kemm il-qattiel kif ukoll il-vittma, iżda kien ikkonfermat li l-Pulizija għandu 42 sena u jaħdem fiz-zona Les Mureaux, qrib fejn inqatel.