Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kien mistoqsi jekk din is-sena hux mistenni li jkun hemm estensjonijiet fit-Tourism Police Zones, wara l-esperiment tas-
Għal dan, il-Ministru Carmelo Abela wieġeb li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tat-Turiżmu rigward il-possibilita` ta’ estensjonijiet fit-Tourism Police Zones.
Qal li 41 membru tal-Korp segwew il-kors fit-Tourism Policing.
Bħalissa, għaż-żona ta’ San Ġiljan u tas-Sliema hemm ħdax-il membru tal-Korp li qegħdin jagħtu s-servizz ta’ Tourism Police Officer. Jekk iż-żoni jiġu estiżi, jistgħu jiġu miżjudin aktar membri kif ukoll utilizzati l-membri l-oħra li segwew il-kors ukoll.