Ħabta bejn karozza u pulizija tat-traffiku waslet biex dan tal-aħħar jittieħed l-isptar għall-kura.
Waqt li s-Surġent ta’ 34 sena minn Raħal Ġdid kien bil-mutur tas-servizz wieqaf fuq it-traffic lights fi Triq Diċembru 13, daħlet fuqu karozza tat-tip Daihatsu Sirion misjuqa minn mara ta’ 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Iż-żewġ vetturi kienu qegħdin jinstaqu fid-direzzjoni lejn il-Belt. Kawża tal-impatt il-mutur u s-Surġent tkaxkru diversi metri.
Fuq il-post dehru b’mod immedjat numru ta’ pulizija mill-istess sezzjoni li għaddew isegwu xi ġralu l-kollega tagħhom. Dan fl-istess ħin li pulizija oħra kienu qed imexxu investigazzjoni.
Il-Pulizija ttieħed l-isptar biex jiddewwa għall-ġrieħi ħfif li sofra.
https://youtu.be/dkb6oQRxV7E
Ritratti: Melvic Zammit