Pulizija Taljan li kien għadu kif wasal lura d-dar mill-qamar il-għasel inqatel b’daqqiet ta’ sikkina f’Ruma waqt li kienet jipprova jwaqqaf serqa.
Mario Cerciella Rega ġie attakkat il-Ġimgħa fit-tlieta ta’ filgħodu.
Dwar il-każ ġew arrestati żewġ żgħażagħ Amerikani li kienu qegħdin joqogħdu f’lukanda lussuża. Huma kellhom il-biljetti tal-ajru lesti biex jitilqu mill-pajjiż il-Ġimgħa filgħaxija.
Rega nqatel waqt li kien qed jipprova jwaqqaf lis-suspettati milli jisirqu basket.
Il-vittma tas-serqa kien traffikant tad-droga li kien qiegħed ibigħ il-kokaina li fir-realtà kienet aspirina.
Il-midja Taljana rrapportat li biex ipattuhielu, is-suspettati serqu l-basket u ftehmu li jiltaqgħu mat-traffikant bil-kundizzjoni li jagħtihom €100.
It-traffikant għarraf lill-pulizija bil-laqgħa u kien hawn li l-pulizija pprova jarresta lis-suspettati.
Dan il-każ ħasad lill-Italja b’ħafna persuni marru fuq il-post iqiegħdu bukketti tal-fjuri barra l-għassa tal-pulizija fejn kien jaħdem Rega.