Wara l-iffirmar ta’ memorandum of understanding bejn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali u l-Istitut Forensiku Olandiż, nhar it-Tnejn mistenni jibda taħriġ teoretiku u prattiku lil 14-il uffiċjal tal-Pulizija tal-qasam tal-forensika mill-esperti Olandiżi.
L-Istitut Forensiku Olandiż huwa rinomat fuq skala globali u għalhekk dan kien l-aħjar pass li pajjiżna seta jagħmel biex itejjeb dan il-qasam u b’hekk ikun hawn iktar ġustizzja. Dan qed isir ukoll bħala pjan Ewropew biex sal-2020 l-istati membri jkunu magħqudin fi spazju forensiku ta’ kwalità superjuri.