Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi saru “pustiera” għal ftit sigħat biex twettqet operazzjoni b’suċċess ta’ tqassim ta’ flus foloz li kienu interċettati mill-uffiċjali tad-Dwana.
Meta kienu infurmati mid-dwana, il-pulizija kkordinaw ma’ uffiċjali minn dan id-dipartiment u kien deċiż li ssir operazzjoni ta’ controlled delivery biex ikun magħruf għal min kienu destinati d-dollari foloz fl-ammont ta’ madwar $50,000.
L-operazzjoni kienet sorveljata mill-Maġistrat Joe Mifsud. Il-pulizija lebsin ta’ pustiera marru bil-pakkett f’raħal fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta fejn Ingliż mizzewweġ Maltija kien arrestat biex jgħin lill-pulizija fl-istħarriġ tagħha.
Il-pulizija elevaw oġġetti marbuta mal-komunikazzjoni fejn esperti tal-qorti nħatru biex jgħinu fl-inkjesta.
L-istħarriġ tal-pulizija qiegħed jitmexxa mill-Ispettur Raymond Aquilina.