Ingliż ta’ 20 sena ammetta quddiem il-Qorti li kien vjolenti ma’ pulizija fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Huwa ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.
Irriżulta li l-Ingliż gidem lill-pulizija, għaldaqstant irid jagħmel it-testijiet tad-demm biex jiġi identifikat jekk ġiex infettat b’xi mard.
Fuq is-sit soċjali tiegħu, il-President tal-Police Officers Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, irrimarka li l-Pulizija, flimkien ma’ qrabatu, irid idum tliet xhur itertaq qalbu jistenna r-riżultati. “La jista’ jkollu kuntatt ma’ martu u lanqas ibus lill-uliedu,” saħaq Camilleri.
Sadanittant, il-Qorti ssekwestrat il-passaport tal-Ingliż sakemm iħallas multa ta’ €4,000 sa nhar it-Tnejn li ġej.