Attakk mill-ajru mill-Istati Uniti ħalla sittax-il pulizija Afgan mejta fil-provinċja fin-nofsinhar tal-pajjiż,Helmand.
L-attakk seħħ hekk kif il-forzi tas-sigurta’ Afgani kienu qed ineħħu militanti Talibani mill-villaġġ.
In-Nato rrikonoxxiet dan l-inċident mingħajt ma tat dettalji fuq kif mietu l-Afgani iżda wiegħdet investigazzjoni.
L-attakki mill-ajru tal-Istati Uniti huma parti minn missjoni tan-Nato biex juru appoġġ lejn il-forzi Afgani kontra t-Taliban.
L-aħħar inċident seħħ il-Ġimgħa wara nofsinhar f’distrett ieħor fil-pajjiż.