Tliet uffiċjali tal-pulizija sfaw maqtula wara li ġew sparati tiri fiċ-ċentru ta’ Franza filwaqt li erbgħa oħra jinsabu midruba wara ġew imsejħa sabiex jintervjenu fuq każ ta’ vjolenza domestika.
Is-Sindku tal-lokal Francois Chautard qal li l-uffiċjali ġew maqtula minn suspettat raġel mal-wasla tagħhom.
Il-mara intant ġiet salvata. Is-suspettat li huwa magħruf mal-pulizija fuq każijiet ta’ kustodja tat-tfal nstab mejjet ftit tal-ħin wara.