Żewġ Pulizija Maltin, WPS Gabria Gatt and PC Charles Azzopardi Refalo temmu taħriġ fir-Renju Unit mal-Bedfordshire Police fejn hemm raw kif taħdem il-Community Policing, proġett ġdid f’Malta li ntlaqgħa ferm tajjeb f’diversi rħula ta’ pajjiżna.
F’dawn il-ħamest ijiem il-Pulizija Maltin raw mill-qrib kif il-Pulizija Ingliża jaħdmu f’proġett bħal dan, fosthom patrols bil-mixi, u briefing f’żewġ dipartimenti differenti.
Dan it-taħriġ mill-Pulizija Maltija, huwa parti mill-pjan biex ikompli jitejjeb il-kunċett tal-community policing ġewwa pajjiżna.