Azzjoni f’waqtha li għamel uffiċjal tal-pulizija waqt il-ħin liberu tiegħu, ġiet imfaħħra minn bosta nies.
Dan hekk kif fuq il-midja soċjali ntqal kif l-uffiċjal tal-Pulizija xxabbat tliet sulari sal-gallarija, wara li koppja ssakkru barra minn darhom.
Intqal ukoll kif persuni oħra ppruvaw jitilgħu dawn is-sulari sabiex jgħinu lil din il-koppja, iżda ma rnexxielhomx.
Kienet id-determinazzjoni tal-pulizija li fil-ħin għen lil din il-koppja jerġgħu jidħlu lura f’darhom.