Pulizija tat-traffiku kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal- 17.00p.m fi Triq Aldo Moro. Il-Pulizija ddaħħal l-isptar għall-kura wara li għal xi raġuni kien hemm impatt bejn is-sewwieq tal-mutur u karozza tat-tip Chevrolet Kalos misjuqa minn mara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet il-Pulizija ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żabbar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.