Pulizija sofra ġrieħi wara li persuna ta’ nazzjonalità barranija provat toħodlu l-arma.
Il-każ seħħ fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt, ftit wara s-siegħa. Il-pulizija rnexxielu jirreżisti l-attakk u bl-assistenza ta’ pulizija oħra kkontrollaw is-sitwazzjoni. L-agressur li għandu 27 sena u huwa mill-Eritrea kien arrestat u l-pulizija qed jinvestigaw il-każ. Għal xi ħin il-pulizija ddaħħal għal kura l-isptar, iżda issa jinsab tajjeb.