Kuntistabbli tal-Pulizija jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ gravi hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku f’tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq it-Torri fejn il-pulizija kien qed isuq mutur u ħabat ma’ karozza tal-għamal Toyota.
Din il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 30 sena minn Ħal Qormi.