Il-Qorti semgħet ix-xhieda t’esperti mediċi fil-kumpilazzjoni kontra Angel Attard – raġel t’erbgħin sena mill-Birgu li qed ikun akkużat b’attakk fuq Pulizija li kien pajżan.
Il-każ seħħ taħt il-mini ta’ San Ġiljan f’Jannar li għadda, meta l-akkużat attakka Pulizija, Christian Aġius, li għalkemm kien pajżan, waqqfu biex iwissieh dwar sewqan perikoluż.
Kawża tal-attakk, il-vittma sofra marki permanenti f’wiċċu u baqa’ nieqes minn sensazzjoni fix-xedaq.
Il-Qorti semgħet ix-xhieda tal-espert Mario Scerri, li spjega kif wara li sarulu l-punti f’wiċċu, il-vittma baqa’ b’marki permanenti fuq wiċċu u fuq moħħu.
Apparti minn hekk sofra minn ksur f’imnieħru u f’idu x-xellugija.
Dan ikkonfermah ukoll it-tabib li ħa ħsieb lill-vittma meta ddaħħal l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.