Inċident li seħħ dalgħodu wassal biex membru mill-korp tal-Pulizija ndarab waqt ix-xogħol. L-inċidet seħħ fi Triq in-Nutar Żarb, f’Ħ’Attard. Il-Pulizija għandu 43 u huwa residenti ż-Żurrieq. Il-mutur tiegħu kellu impatt ma’ vettura Kia Seed kienet misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn Ħ’Attard.
Fi kliem l-ispettur Sandro Camilleri:
“Għadni kif kont f’kuntatt mal-għaziz membru tagħna PC1276 Franky li dalgħodu waqt li kien qiegħed skorta bil-mutur tas-servizz mal-Prim Ministru, ħargitlu vettura u tagħtu daqqa qawwijja tant li għollietu bil-mutur.
Huwa qed jingħata l-kura meħtiega peress li sofra diversi ksur.
Filwaqt li nawgurawlu fejqan ta’ malajr il-POU-GWU nagħtuh l-appoġġ kontinwu li jeħtieġ.”