Raġel irrakkonta kif waqt li kien fi triqtu lejn ix-xogħol bir-rota, waqt li kien qed jistenna fit-traffic lights tal-Imsida, ra Pulizija jagħti oġġett lil tifel ċkejken ta’ madwar erba’ snin li kien għadu kif xejjirlu.
L-istess raġel spjega kif dak il-ħin it-tifel beda jxejjer liż-żewġ Pulizija b’entużjażmu kbir u malli tah dan l-oġġett, deher aktar entużjast. B’kurżitả r-raġel staqsa liż-żewġ Pulizija x’kien l-oġġett li taw lil dak it-tifel bil-Pulizija jispjegaw li ta’ spiss ikun hemm tfal ixejrulhom waqt li jkunu qed jistennew proprju f’dik iż-żona u kien għalekk li ddeċidew li jġibu ktieb biex iqassmuhom lil dawn it-tfal.
L-istess individwu f’messaġġ fuq Facebook spjega kif dan kien ġest vera sabiħ li jibni relazzjoni eċċellenti mal-pubbliku.
Kompla billi qal prosit liż-żewġ Pulizija li għamlu dan il-ġest.