Pulizija inqatel waqt li kien qed jipprova jżarma bomba li kienet viċin knisja Kristjana Kopta fl-Eġittu.
Mustafa Abid kien irrappurtat li kien jispeċjalizza fit-tneħħija tal-bombi. L-isplużjoni weġġgħet żewġ uffiċjali oħra u persuna li kien qed isegwi x’kien qed jiġri.
L-apparat kien wieħed minn tnejn li kienu moħbija f’baskett fuq bejt ħdejn il-knisja f’Nasr City ‘il barra mill-Kajr.
Dan l-attakk seħħ jumejn wara li l-Kristjani fl-Eġittu ċċelebraw il-Milied. S’issa l-ebda grupp ma refa’ r-responsabbilità tal-attakk.