Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta’ Aidan Bartolo, li jinsab akkużat li ħarab lill-pulizija fil-bidu ta’ Diċembru li għadda.
Kuntistabbli mill-Ispecial Intervention Unit qal li kif hu flimkien ma’ uffiċjali oħrajn kienu mqabbdin imorru wara karozza, li fiha jaf ikun hemm xi ħadd perikoluż.
Spjega li ħin minnhom l-imputat allegatament inqabad bejn il-karozzi tal-Pulizija u bil-karozza huwa beda jsuq bl-addoċċ, tant li daħal fil-karozzi.
Intqal kif hawnhekk ġew sparati tiri ta’ twissija.
Ix-xhud qal li Bartolo beda jsuq b’mod perikoluż tant li kien se jolqot uffiċjali tal-Pulizija.
Intqal kif l-imputat ħarab bil-karozza u din instabet mitluqa u hemmhekk kellha ssir tfittxija, fejn eventwalment Bartolo nqabad fl-inħawi tal-Miżieb.